Ingilterra: Iċ-ċpar joqtol 4 persuni fuq ħelikopter

Erba’ persuni mietu fil-lvant tal-Ingilterra wara li ħabat l-ħelikopter li kienu fuqu.  L-inċident ġara f’Gillingham, qrib il-belt ta’ Beccles, f’Norfolk, fejn kien hemm ħafna ċpar.
Jirriżulta li l-ħelikopter kien fi triqtu lejn l-Irlanda.
Il-post tal-inċident jinsab 72 kilometru ‘l bogħod minn fejn f’Jannar li għadda, ħabat u waqa’ ħelikopter ieħor, din id-darba tal-militar Amerikan.  Dakinhar kienu mietu erba’ persuni oħra.