Ingaġġati 159 infermiera ġodda

159 infermier ġdid bdew il-karriera tagħhom wara li temmew l-istudji tagħhom.
Fi stqarrija l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li 128 infermier minhom se jingħaqdu mas-servizzi tas-saħħa filwaqt li 31 infermier se jiġu ngaġġati fil-qasam tal-kura tal-anzjani.
Stqarr li aktar tard din is-sena mistennija jiddaħħlu aktar infermiera fosthom 20 student li qegħdin jistennew li jagħmlu r-resits.
Spjega li mill-2013 ’l hawn ġew ingaġġati 1,157 infermier ġdid.
Ritratt: DOI: Jason Borg