Infrastructure Malta twissi dwar 9 minuti ta’ dewmien

Infrastructure Malta qed twissi lill-pubbliku, b’mod speċjali lil dawk li se jsifru biex jekk se jgħaddu minn Triq Aldo Moro jaħsbulu disa’ minuti qabel.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Infrastructure Malta spjegat li mil-lejla se jinfetħu korsiji ġodda minn Triq Aldo Moro lejn Santa Luċija, Ħal Luqa u l-Ajruport hekk kif qed ikompli x-xogħol fuq il-flyovers tal-proġett tal-Marsa Junction.

Għaldaqstant talbet lil dawk kollha li se jgħaddi minn hemm, speċjalment jekk sejrin lejn l-ajruport, jaħsbulu disa’ minuti qabel minħabba d-dewmien.

Temmet tgħid li l-ħidma qed issir mit-Tnejn sal-Ħadd.

⚠️ TAKE NOTE AND SHARE: New Aldo Moro Road southbound diversions to #SantaLucija, #Luqa and the Malta International…

Posted by Infrastructure Malta on Friday, August 9, 2019