Direct action in Dingli (2)We are in Dingli this morning, as Infrastructure Malta has decided to start building a road on farmer's land in Daħla tas-Sienja without any permits whatsoever.This government agency is bullying residents and farmers once again and is doing so illegally.We're here to stop them, come and join us 👉https://goo.gl/maps/Lc6CtHUjrpk8hAh37
Posted by Moviment Graffitti on Friday, October 2, 2020
Read in English.
Attivisti tal-Moviment Graffitti dalgħodu rnexxielhom iwaqqfu lill-Infrastructure Malta milli tissokta b’xogħol f’Ħad-Dingli li bih għandha l-pjan li testendi sqaq eżistenti b’mod illegali.
Skont l-NGO, Infrastructure Malta iddeċidiet li tibni triq fuq art ta’ bidwi fid-Daħla tas-Sienja mingħajr l-ebda permess.
Is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar ma jindika l-ebda applikazzjoni jew permess biex isir xogħol fuq dan l-isqaq.
“Għal darb’oħra, din l-aġenzija tal-gvern qed tibbulja residenti u bdiewa, u qed tagħmel dan illegalment,” il-moviment kiteb fuq Facebook.
L-għaqda stiednet kull min ried jgħinha jwaqqaf ix-xogħolijiet illegali milli jsiru biex jingħaqad magħha.
Fi stqarrija, il-Ġimgħa wara nofsinhar, il-Moviment Graffitti qal li IM żarmaw il-makkinarju tagħhom minn Tas-Sienja, wara l-intervent tagħha u ta’ bdiewa u residenti fl-inħawi.
“Jidher li l-pretest għal din it-triq huwa l-iżvilupp f’ODZ f’din iz-zona, peress li z-zona tista’ tinfetaħ għall-bini ta’ ħames sulari. Hija inġustizzja kbira li l-Gvern, armat bil-makkinarji, jibqa’ jagħmel din il-ħsara fuq l-għajxien tal-bdiewa u r-residenti”, żied jgħid il-Moviment.
Il-Gvern missu tkellem mar-residenti u l-bdiewa qabel beda x-xogħol – PN
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-Gvern missu tkellem mar-residenti u l-bdiewa qabel bdew ix-xogħlijiet f’Daħla tas-Sienja f’Ħad-Dingli il-Gvern
Fl-istqarrija l-PN qal li l-art agrikola qiegħda tonqos u hawn nuqqas ta’ ambjent miftuħ u qiegħed jgħaddi romblu minn fuq il-bdiewa u r-raħħala li dawn ilmentaw li ma ġew infurmati u offruti kumpens għall-art li se titteħidilhom.
L-istqarrija kienet iffirmata mill-kelliem għall-Oppożizzjoni għat-Trasport u Mobbiltà, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Toni Bezzina, mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi, Edwin Vassallo u mill-kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima, David Thake.