Informazzjoni utli jekk tuża tal-linja

Jekk tuża tal-linja min-nhar il-Ħadd li ġej se jkun hemm żieda fil-frekwenza tas-servizzi għal rotot popolari.

Se jkun hemm servizz kull 20 minuta flok kull 30 minuta kuljum bejn id-9am u nofsinhar, u bejn l-4.30pm u s-7.30pm fuq ir-Rotot 41 u 42 bejn il-Belt Valletta u ċ-Ċirkewwa.

Se jkun hemm servizz kull 15 minuta flok kull 20 minuta kuljum bejn id-9am u t-8pm fuq ir-Rotta 212 (minn Tas-Sliema għal Buġibba) u fuq ir-Rotta 221 (minn Buġibba għaċ-Ċirkewwa), u bejn id-9am u nofsinhar u bejn l-4pm u t-8pm kuljum fuq ir-Rotta 222 (minn Tas-Sliema għaċ-Ċirkewwa).

Fuq ir-Rotta 53, bejn il-Belt Valletta u r-Rabat tal-Virtù, se jkun hemm servizz kull 30 minuta flok kull siegħa kuljum bejn id-9am u t-8pm.

Fuq ir-Rotta 31, bejn il-Belt Valletta u Buġibba, se jiżdied is-servizz bejn is-7pm u t-8.30pm mit-Tnejn sas-Sibt u matul il-ġurnata kollha nhar ta’ Ħadd.