Influwenza AH1N1: “Is-sitwazzjoni fil-ħabs hija taħt kontroll”

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li qed jittieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkomplux jinxterdu mikrobi tal-influwenza AH1N1 fil-ħabs.
Qal li l-possibiltà hija li l-mikrobu beda jinxtered jew minn xi żjara ta’ persuna jew minn gwardjan, iżda sostna li issa s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.
Waqt intervent fuq l-istazzjon tar-radju tal-istat, il-Ministru Abela spjega li bħalissa l-isptar hemm 4 persuni bl-influwenza AH1N1, b’wieħed minnhom f’qagħda kritika iżda stabbli.
Semma kif 2 persuni oħra għandhom is-sintomi li ma jidhrux daqshekk gravi u persuna oħra li qed jinżamm taħt osservazzjoni.
Fl-istess waqt il-Ministru Carmelo Abela ikkonferma li lbieraħ filgħaxija kien għaddej strajk tal-ġuh f’Diviżjoni 2 tal-Ħabs.
Temm jgħid li dalgħodu iżda l-ħabsin waqfu mill-istrajk għax inbdiet ħidma dwar dak li talbu l-priġjunieri.