Influss ta’ telefonati fuq il-Freephone 153 minħabba ċ-ċekk

Il-Freephone 153 esperjenza influss ta’ telefonati dwar il-Bonus Addizzjonali mħabbar il-ġimgħa li għaddiet. Fi stqarrija, Servizz.gov talab lill-pubbliku sabiex jagħti ċans sal-lum, 18 ta’ Frar, biex jirċievi dan iċ-ċekk bil-posta qabel ma jagħmel it-telefonata tiegħu.

Ilbieraħ, il-Freephone esperjenza ħsara teknika u matul l-aħħar sigħat, il-fornitur tas-servizz għamel it-testijiet meħtieġa. Ħareġ li l-problema li kien hemm ġiet indirizzata, iżda għadu qed isir moniteraġġ tas-sitwazzjoni biex jassigura li s-servizz jerġa’ lura għan-normal.

Is-servizz kompla billi skuża ruħu ta’ kull inkonvenjent.