Tista’ tirreġistra l-logħba tiegħek għall-Maratona ta’ Puttinu

Ir-reġistrazzjoni għall-grawnds waqt il-Maratona ta’ Futbol u Volleyball b’risq Puttinu Cares infetħu.
Bħal kull sena, Puttinu qed iżomm l-appuntament li issa sar famuż ma’ Malta u Għawdex kollu. Maratona ta’ għaraq u ġiri, iżda wkoll maratona ta’ solidarjetà u ħidma flimkien b’għan wieħed li jiġu megħjuna persuni bil-kanċer, speċjalment it-tfal.
Is-sena l-oħra, inġabru miljun u disa’ mitt ewro, bil-parteċipazzjoni ta’ 385 tim waqt 60 siegħa ta’ aports.
Dis-sena, il-maratona se tinżamm bejn il-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, u l-Ħadd, 28 ta’ Mejju fil-Marsa Sports Grounds.
Jekk għandek tim u mħajjar, ibbukkja issa fuq 79647948, 79707318, inkella ibgħat imejl hawnhekk.
Għal aktar tagħrif, żur is-sit ta' dan l-avveniment.