Infermiera Spanjola tinstab pożittiva għall-Ebola

Ġo sptar f’Madrid għaddejin investigazzjonijiet wara li infermiera Spanjola nstabet pożittiva għall-virus tal-Ebola.
Dan huwa l-ewwel każ ta’ persuna li ħadet il-virus barra mill-pajjiżi tal-Punent tal-Afrika.
L-infermiera ta’ 40 sena kienet waħda mit-tim li ħadu ħsieb jikkuraw liż-żewġ missjunarju Spanjoli li mietu kawża tal-Ebola.
Intant, fl-aħħar sigħat, il-President Amerikan Barack Obama ħabbar pjanijiet biex kull persuna li tidħol l-Istati Uniti tiġi skrinjata għall-virus.
Fl-aħħar xhur, madwar 3,400 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-Ebola.