“Infermiera li jkomplu jaħdmu mhux se jitilfu l-leave” – MUMN

Colin Galea, is-Segretarju Ġenerali tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel Maltin (MUMN), qal li permezz tal-ftehim il-ġdid l-infermiera li jkomplu jaħdmu wara l-irtirar mhux se jitilfu l-leave u m’għandhomx għalfejn jieħduh kollu qabel.
Ma’ Newsbook.com.mt Galea qal li filwaqt li jilqa’ l-ftehm li ġie ffirmat il-Ħamis li għadda bejn il-Gvern u l-Unjins, wieħed għad irid jara, qasam qasam, kif il-ħaddiema se jkunu affettwati.
Colin Galea spjega li bil-ftehim mal-Gvern, li jkopri 30,000 ħaddiem, se tiżdied il-paga bażika u min ikollu aktar kwalifikazzjonijiet se jkollu aktar benefiċċji.