Infermier gradwat fil-periklu tal-mewt

Malta Police Force

Read in English.

Ġuvni ta’ 22 sena mill-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq ċint. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-ġuvni kien ma’ sħabu waqt il-buscade jiċċelebra l-gradwazzjoni tiegħu bħala infermier. 

Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm, fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida, fejn il-Junior College.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ il-Pulizija qed tkellem raġel għal aktar stħarriġ. L-investigazjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.