Infermier akkużat li qatel 84 pazjent

Fil-Ġermanja infermier ta’ 40 sena li qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li qatel żewġ pażjenti, huwa ssuspettat li qatel madwar 84 oħra.
Fl-2006, l-infermier li ismu ma jistax jixxandar, kien instab ħati għal attentat ta’ qtil u ieħor fl-2015. Dan wara li l-vittmi kienu ngħataw mediċini f’ammonti kbar li kienu qatluhom.
Wara li l-qraba tal-vittmi riedu li ssir inġustizzja, fl-2014 kienet twaqqfet kummissjoni biex tinvestigar-reati.
Il-Qorti kkonkludiet li l-infermier kien jipprova jwaqqaf qalb il-pazjenti.
Fl-2015 huwa kien ammetta li kien ta droga żejda lil madwar 90 pazjent .
Minħababa l-investigazzjonijiet sa issa nqalgħu 134 katavru mill-qabar.