Infermier aggredit​: “Il-ħaddiema tal-ambulanzi mhux siguri biżżejjed” – GWU

Il-General Workers’ Union qed tappella lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jassigura li l-ħaddiema tas-servizz tal-ambulanza jkollhom il-protezzjoni kollha meħtieġa.
Irreferew għall-każ fil-jiem li għaddew, meta ħaddiema tas-servizz tal-ambulanza ssejħu biex jagħtu l-għajnuna f’Bormla u spiċċaw aggrediti mill-pazjent.
Il-GWU insistiet li issa wasal iż-żmien li l-affarijiet jittieħdu b’aktar serjetà u min hu responsabbli jassigura li l-ħaddiema jkollhom il-protezzjoni meħtieġa.