Infantiċidju fost ir-reati f’Ħ’Attard f’sentejn

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li fost ir-reati kriminali f’Ħ’Attard f’sentejn kien hemm infantiċidju, filwaqt li fil-Mosta kien hemm każijiet ta’ pornografija.

Il-Ministru qal dan fil-Parlament meta ġie mistoqsi mill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo dwar ir-reati li seħħew f’Ħ’Attard u fil-Mosta bejn Jannar tal-2017 u Diċembru tal-2019.

Apparti r-reati msemmija, kien hemm każijiet ta’ ħruq, ta’ vjolenza domestika, ta’ ħsarat, drogi, falsifikazzjoni, frodi, feriti fuq persuni, omiċidju, serq, ħasil ta’ flus, offiżi sesswali, theddid u vjolenza fuq uffiċjal pubbliku, kif ukoll użu ħażin tal-kompjuter u attentat ta’ offiżi.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Pulizija b’rabta mal-infantiċidju msemmi mill-Ministru.

Minn mistoqsija parlamentari fuq ir-reati f’Marsaskala
Residenti Marsaskala: Il-Maltin li tressqu l-qorti fl-2019 it-triplu tal-barranin