Jitneħħew restrizzjonijiet dwar tipjip fil-pubbliku

Read in English.

Il-Gvern irrilaxxa l-miżuri restrittivi fuq it-tipjip li kienu parti mill-protokolli li jittieħdu biex ir-ristoranti jerġgħu jiftħu wara l-pandemija tal-Covid-19.

Minħabba restrizzjoni dwar kemm persuni kienu permessi fuq ġewwa tar-ristoranti, tipjip ma kien permess la barra u lanqas fir-ristorant.

Permezz ta’ avviż legali ppubblikat fuq il-gazzetta tal-Gvern ilbieraħ, il-Gvern neħħa artiklu 5A tal-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk, li kien jgħid li ħadd ma għandu f’ebda waqt ipejjep xi prodott tat-tabakk f’postijiet fejn jiġi servut l-ikel jew fil-parametri ta’ postijiet fejn jiġi servut l-ikel, b’dan illi tipjip jista’ jsir biss jekk isir għaxar (10) metri ’l bogħod mill-post fejn ikun qiegħed jiġi servut l-ikel.