“Indunajt li kont qed inkorri t-tieni wild” – Meghan

Read in English.

Meta kitbet fin-New York Times, id-Dukessa ta’ Sussex stqarret li f’’Lulju li għadda waqt li kienet qed tbiddel il-ħarqa ta’ Archie, l-ewwel wild tagħha u ta’ żewġha Harry, hija ħasset bugħawwieġ qawwi.

“Inżilt mal-art bih f’dirgħajha. Bdejt inkanta biex inżommna t-tnejn kalmi. L-intunazzjoni ferrieħa tikkuntrasta sew mas-sens tiegħi li xi ħaġa ma kinitx tajba. Kont naf, hekk kif qbadt l-ewwel tarbija tiegħi, li kont qed nitlef it-tieni,” irrakkontat hi.

Waqt li tkellmet dwar l-istigma li jġib miegħu l-korriment, qalet li tkorri tarbija tfisser li ġġorr dwejjaq kważi insupportabbli, esperjenzat minn ħafna imma li tkellmu dwaru ftit.

“Fl-uġigħ tat-telf tagħna, jien u r-raġel skoprejna li f’kamra ta’ 100 mara, 10 sa 20 minnhom se jkunu sofrew korriment fit-tqala tagħhom,” kompliet tistqarr hi waqt li żiedet li minkejja huma bosta dawk li jgħaddu minnha, ħafna jsibuha diffiċċli biex jitkellmu dwarha.

“Il-konversazzjoni tibqa’ tabù, mimlija mistħija (mhux ġustifikata), u tipperpetwa ċiklu ta’ luttu solitarju”, temmet tgħid hi.