Indonesja: Iż-żewġ kandidati għall-Presidenza jgħidu li rebħu

Ftit sigħat wara li spiċċat il-votazzjoni għall-President fl-Indonesja, iż-żewġ kandidati li kkontestaw l-elezzjoni qed jiddikjaraw rebħa.
Riżultat mhux uffiċjali, ibbażat fuq stħarriġ pubbliku, qed jindika rebħa b’ammont żgħir ta’ voti għall-Widodo, eks importatur tal-għamara li sar Gvernatur ta’ Jakarta ftit snin ilu.
Malli ħareġ dan ir-riżultat, Widodo ħareġ jiddikjara rebħa u ħeġġeġ lill-poplu biex jiktbu storja ġdida għall-pajjiż. 
Minkejja dan, il-kandidat l-ieħor li jiġi mill-President Indonesjan attwali, qal li mhux jistrieħ fuq ir-riżultati u l-istħarriġ li sar s’issa. Qal li se jibqa’ hemm sal-aħħar sakemm il-kummissjoni elettorali tgħodd il-voti kollha u toħroġ bir-riżultat uffiċjali. Żied jgħid li hu rċieva s-sostenn u l-mandat tal-eletorat.
Miljuni ta’ Indonesjani tefgħu l-vot tagħhom ilbieraħ u l-proċess tal-għadd tal-voti mistenni jdum madwar tliet ġimgħat.