Indja:36 jmutu wara pellegrinaġġ tal-Ħindu

Fl-Indja, minn tal-inqas 36 persuna mietu fi stazzjon tal-ferrovija wara li nqala’ paniku sħiħ hekk kif eluf ta’ persuni kienu sejrin lura lejn djarhom wara l-iktar pellegrinaġġ importanti għall-persuni Indjani.

Il-pellegrinaġġ ta’ Kumh Mela ġibed lejh aktar minn tletin 30 miljun persuna lejn ix-xmara Ganges. Persuni ta’ reliġjon Ħindu jemmnu li jekk jgħumu f’din ix-xmara, jissaffew minn dnubiethom.

Uffiċjali qed jgħidu li l-puġġaman tal-pont li minn fuqu kienu għadejjin dawn l-eluf ta’ pellegrini, ċeda.

Mill-iġsma li ġew identifikati, 14 minnhom huma nisa, filwaqt li sitta huma ta’ rġiel. L-iżgħar fost dawn il-vittmi hija tifla ta’ tmin snin. Għexieren oħra sfaw midruba serjament.