Indja: Minibus tispiċċa fi xmara

Minn tal-inqas 23 persuna mietu wara l-minibus li kienu fuqu kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Indja.
Jirriżulta li x-xufier tal-minibus tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-vettura ħarġet mill-karreġjata u spiċċat fi xmara wara li waqgħet għoli ta’ madwar mitt metru.
Skont il-Pulizija Indjana, l-inċident seħħ f’Kinnaur fi triq li ma kinitx tajba għas-sewqan minħabba l-ammont tax-xita li għamlet fil-jiem ta’ qabel.
Sfortunatament in-numru tal-imwiet jista’ jiżdied minħabba li 40 persuna oħra jinsabu l-isptar f’kundizzjoni gravi.