Indja: Jaħraq u jotqol lil martu bi 8 xhur tqala minħabba d-dota

Fl-Indja, mara li kienet waslet fit-tminn xahar tat-tqala tagħha, instabet mejta wara li r-raġel tagħha xeħtilha l-pitrolju u taha n-nar.

Skont il-pulizija Indjana r-raġel ma kienx waħdu meta wettaq dan il-massakru massakru li sar fl-istat ta’ Uttar Pradesh.  Miegħu kien hemm ukoll xi qraba.

Jidher li r-raġel qatel lil martu u lit-tarbija li kienet f’ġufha minħabba d-dota. 

Iz-ziju tal-mara kien għamel rapport li r-raġel tan-neputija kien qed jitlob lill-familja ta’ martu s-somma ta’ 50,000 rupie, madwar €600, somma li l-familja tal-mara ma setgħetx ittih minħabba problemi finanzjarji.