Indja: Il-pulizija tispara ilma vjola fuq id-dimostranti

Ilma ta’ lewn vjola mela t-toroq tal-belt ta’ Srinagar fir-reġjun ta’ Kashmir fl-Indja.  Kienet il-pulizija Indjana li ddeċidiet li minflok ilma trasparenti, tispara fuq id-dimostranti ilma vjola.

Dan biex faċilment il-pulizija tkun tista’ tagħraf min huma dawk in-nies li qed jipprotestaw u anke biex twaqqafhom milli jersqu viċin tar-residenza tal-Prim Ministru Indjan Omar Abdullah.

Fl-aħħar sigħat, ħaddiema tal-gvern niżlu fit-toroq jipprotestaw u jitolbu għal aktar drittijiet tal-ħaddiema fosthom titjib fl-età tal-irtirar u anke biex ma jkunx hemm aktar anomaliji fil-paga.

Madwar 25 persuna ġew arrestati f’dawn il-protesti.

Jirriżulta li fl-aħħar xhur kien hemm żieda fin-numru ta’ protesti vjolenti fl-istat ta’ Jammu u Kashmir.  Dan hekk kif fost iċ-ċittadini ta’ Kashmir qed tikber il-mibgħeda kontra pajjiżhom stess għaliex iħossu li l-Indja ma ħadmitx biżżejjed għal dan ir-reġjun.