Indja: Iċ-ċiklun Hudhud qed jikkawża ħsarat estensivi

Iċ-ċiklun Hudhud qed jolqot il-kosta tal-lvant tal-Indja u qed jikkawża ħsarat estensivi.
300,000 persuna kienu evakwati hekk kif l-irjiħat anke mistennija jlaħħqu sa 195 kilometru fis-siegħa.
Mijiet ta’ siġar kienu diġa maqlugħa kawża tal-irjiħat u l-maltemp qawwi, bi qtugħ fid-dawl diġa kien irrappurtat f’diversi stati.
Żewġ persuni diġa tilfu ħajjithom f’Andhra Pradesh, biċ-ċiklun hu mistenni li jolqot Visakhapatnam minn ħin għall-ieħor.
Maltempata li tlaħħaq iż-żewġ metri tista’ tgħarraq diversi partijiet filwaqt li mijiet ta’ ċentri diġa nfetħu fiż-żewġ stati.
Timijiet tas-salvataġġ diġa ntbagħtu fuq il-post għal dak kollu li jista’ jinqala.