Indja: 8 mejta, għexieren l-isptar wara programm ta’ sterilizzazzjoni

Fl-Indja, 8 nisa mietu u iktar minn 60 oħra ddaħħlu l-isptar, uħud minnhom f’qagħda gravi, hekk kif beda programm pubbliku ta’ sterilizzazzjoni tal-massa.
Il-parti l-kbira tal-vittmi ġejjin minn irħula foqra ħafna u għandhom età bejn 22 u 32 sena.
Kull mara li ħadet sehem f’dan il-programm ingħatat bħala inċentiv l-ekwivalenti ta’ €18.
Il-Pulizija diġà żammet lil 4 tobba għal investigazzjoni.