Indja: 3 Musulmani jinħarqu ħajjin

Tliet irġiel Musulmani u d-djar tagħhom, ingħataw in-nar fl-Indja waqt ġlieda li kellhom mal-komunità hindu ġo raħal fil-lvant tal-pajjiż. 
Il-ġlied beda wara li f’razzett instab katavru ta’ żagħżugħ hindu, ġimgħa wara li għeb. 
Is-sajjieda tal-lokal akkużaw lill-musulmani b’omiċidju, għaliex iż-żagħżugħ jidher li sar ħabib ma’ tfajla Iżlamika.