Indaħal fi ġlieda u spiċċa weġġa’ żewġ irġiel

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat li ndaħal fi ġlieda li seħħet f’parkeġġ ta’ lukanda f’San Ġiljan fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.
Huwa ġie akkużat li weġġa’ serjament lil wieħed mill-irġiel li kienu nvoluti fil-ġlieda.
Iż-żagħżugħ, li huwa uffiċjal tas-sigurtà, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.