Inċiżjonijiet Marjani minn kollezzjonijiet privati murija f’wirja

Firxa mdaqqsa ta’ inċiżjonijiet Marjani, mislufin minn kollezzjonijiet privati, se jkunu għall-wiri f’wirja organizzata mill-Każin tal-Banda Trinità Qaddisa, il-Marsa, f’dawn il-jiem.
B’din il-wirja, is-sotto-kumitat għall-kultura “Excelsior” fi ħdan is-soċjetà mużikali, qed iżomm l-impenn tiegħu ta’ wirja nazzjonali ta’ oġġetti sagri, kull sentejn.
Fil-wirja “Ars Mariana”, se jintwerew għadd imdaqqas ta’ inċiżjonijiet antiki li jittrattaw it-tema Marjana.
Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-Ħadd l-1 ta’ Novembru.