​Inċidenti: Wieħed jaqleb għall-aħjar, ieħor jibqa’ fil-periklu tal-mewt

Qaleb għall-aħjar iż-żagħżugħ Bulgaru ta’ 22 sena li nhar il-Ħadd li għadda ttajjar minn vettura fi Triq Nazzjonali l-Blata l-Bajda. Dan wara li qatta' erbat ijiem fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Madanakollu, is-sewwieq tal-mutur ta' 66 sena mix-Xewkija, li nhar it-Tlieta kien involut f'inċident fi Triq l-Imġarr, għadu jissielet għal ħajtu.