Inċidenti jew xita: X’ġara fit-toroq Maltin dalgħodu?

Dalgħodu fuq il-midja soċjali, bosta nies ilmentaw dwar it-traffiku staġnat. Min biex jiżvoga, u oħrajn biex iwissu lil ħaddieħor biex ma jgħaddux minn ċerti toroq. 
Fost l-inħawi problematiċi kien hemm il-Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Luqa, il-Kappara, Tal-Barrani, Ħaż-Żebbuġ, Bormla, Santa Venera, il-Ħamrun, ir-Rabat, Santa Luċija, il-Fgura, il-Gudja, Ħal Tarxien, Birżebbuġa, il-Gżira, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun, il-Mosta,  l-Imsida, il-Ħamrun, San Ġiljan u l-Bypass tal-Imrieħel. It-traffiku kien totalment wieqaf għal tul sew ta' ħin.  
Skont il-paġna Maltese Roads Traffic Updates, ġraw diversi inċidenti fit-toroq fosthom ħabta bejn ambulanza u tliet vetturi oħra fit-Triq Reġjonali, hekk kif wieħed joħroġ mill-mini tal-Università direzzjoni lejn il-Marsa. Il-paġna wissiet ukoll li hemm vann wara l-ambulanza mingħajr sinjal li kien wieqaf u ħafna karozzi kienu qegħdin isibuh ma' wiċċhom. 
Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates