Aġġornata bir-ritratti: Anzjan jindarab wara li baqa’ dieħel f’ħajt bi trakk

Anzjan ta' 71 sena ndarab wara li t-trakk li kien qed isuq marrulu l-brejkijiet u baqa' dieħel f'kantuniera.
Skont sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt, it-trakk marrulu l-brejkijiet u b'konsegwenza ta' hekk ħabar f'karozza oħra. Wara t-trakk waqaf fi triqtu xħin daħal fil-ħajt.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.50pm.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta' 36 sena minn Ħal Qormi.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex joħorġu lix-xuffier minn ġot-trakk. Huwa ttieħed Mater Dei, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Ritratti: Ian Noel Pace