Inċident tat-traffiku jispiċċa f’argument fl-Imsida

Inċident tat-traffiku li seħħ viċin l-iskate park l-Imsida żvolġa f’argument. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45 il-Ħadd waranofsinhar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt ikkonferma l-inċident, filwaqt li spjega li l-Pulizija sejrin fuq il-post minħabba l-argument u żżamma tal-ordni pubblika.

Il-Pulizija tad-distrett marru fuq il-post.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.