Aġġornata: Sewwieq tal-mutur l-isptar wara ħabta fl-Imġarr

F’inċident tat-traffiku fl-Imġarr dalgħodu, ġuvni li kien qed isuq mutur, ittieħed l-isptar peress li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija ikkonfermat li dan ġara għall-ħabta tas-6.30am fi Triq San Martin, l-Imġarr, Malta.

Il-ġuvni ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn ħabat ma’ vettura misjuqa minn Tuneżin ta’ 58 sena li joqgħod il-Mellieħa. It-Tuneżin jidher li ma weġġax.