Aġġornata: Inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali

Facebook/MRTU

Sorsi fil-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali b’direzzjoni lejn il-Marsa fejn inġemgħa għadd kbir ta’ traffiku.

Is-sorsi qalu li fl-inċident kienu involuti tliet karozzi, waħda misjuqa minn tfajla ta’ 35 sena mir-Rabat Għawdex, ġuvni ta’ 31 sena mis-Swieqi u raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għal ħabta tat-3pm u kellha tissejjaħ ambulanza li ħadet lill-irġiel l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħhom għada mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna.