Inċident tal-karozza f’Sheffield, iħalli missier u iben mejta

Missier ta’ tlieta u ibnu, flimkien ma’ żewġ persuni oħra spiċċaw maqtula meta ħabtu ma’ karozza tal-pulizija li kienet qed tiġri wara xi karozza oħra. Il-każ seħħ f’Sheffield, l-Ingilterra jumejn ilu.

Il-familja kienet qed tivvjaġġa b’erba’ persuni oħra fl-istess karozza – koppja miżżewġa li mietet u omm ma’ bintha ta’ tliet snin, li qed jiġġieldu għal ħajjithom. Huma kienu biss 20 sekonda bogħod mid-dar tal-qraba tagħhom meta seħħ l-inċident. Il-passiġġieri kienu sejrin għand tal-familja, hekk kif xi membri mill-familja waslu lura l-Ingilterra wara li għamlu xi żmien barra.