Ritratti: Sewwieq anzjan jinqaleb bil-karozza

Ritratt: Walter Sargent

Aktar kmieni nhar it-Tlieta wara nofsinhar, kien hemm inċident fi Triq il-Qasam fis-Swieqi, lejn il-Wied ta’ San Ġwann. Sewwieq anzjan baqa’ dieħel f’2 karozzi, bil-konsegwenza li l-karozza tiegħu nqalbet.

L-anzjan irrifjuta l-assistenza medika,u minkejja kollox, jidher illi ma weġġa’ ħadd fl-inċident.

Il-Wied ta’ San Ġwann għadu magħluq miż-żewġ naħat.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt ikkummentaw li f’din it-triq m’hemmx bankina, u lanqas dawl adekwat, għalhekk hija triq pjuttost perikoluża, kemm għal dawk li jkunu mexjin, kif ukoll għas-sewwieqa.

Ritratt: Walter Sargent