Inċident Paceville: Tifla tibqa’ fil-periklu tal-mewt, 6 oħra għadhom l-isptar

Minn fost il-midruba wara l-inċident f’Paceville fi tmiem il-ġimgħa, hemm pazjenta waħda li għadha tinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar Mater Dei, imma qed turi sinjal ta’ progress.

Tfajla oħra ta’ 15-il sena, li sa dalgħodu kienet għadha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU), qalbet għall-aħjar u ġiet trasferita f’sala oħra.

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa qal dan fi stqarrija hekk kif spjega li minn wara t-traġedja, għad fadal seba’ żgħażagħ li għadhom jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei.