Inċident Paceville: Għalissa l-Pulizija mhi se tipproċedi kontra ħadd

B’aġġornament għall-inċident li seħħ f’Paceville fi sbieħ il-Ħadd li għadda, il-Pulizija qalet li se tistenna l-eżitu tal-Inkjesta Maġisterjali qabel ma tipproċedi kontra xi persuna jew persuni.
Fi stqarrija l-Pulizija sostniet li hi qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha u fl-istess ħin għaddejja wkoll l-Inkjesta Maġisterjali.
Sostniet li f’dan il-każ hemm diversi materji li jridu jiġu kkunsidrati.
Ma’ Newsbook.com.mt, l-Avukat Roberto Montalto saħaq li potenzjalment qed inħarsu kemm lejn responsabbiltà ċivili kif ukoll lejn responsabbiltà kriminali.