Inċident Paceville: Ebda pazjent fl-ITU, 4 biss għadhom l-isptar

L-aħħar pazjenta li kienet qed tinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar wara l-inċident tas-Sibt f’Paceville, qalbet għall-aħjar u nħarġet mit-taqsima.
Dan ifisser li ħadd mill-74 persuna li weġġgħu nhar is-Sibt filgħaxija, m’għadhom jinżammu fl-ITU.
Il-Gvern spjega li mis-seba’ pazjenti li kienu għadhom l-isptar sal-bieraħ, dawn niżlu għal erba’ llum.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, f’isem il-Gvern, irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Isptar Mater Dei għall-professjonalità, id-dedikazzjoni u l-effiċjenza li biha ħadmu bħala tim mediku, u li permezz tagħha salvaw il-ħajjiet.