Mara tweġġa’ f’inċident ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni

Aġġornat 01:47 PM

Għall-ħabta ta’ 11.45am f’Tas-Sliema nstema’ ħoss kbir f’sit ta’ kostruzzjoni. Minnufih il-pulizija, ambulanza u Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post.

Il-pulizija qalet l-inċident seħħ fi Triq il-Kulleġġ l-Antik. Skont il-Pulizija ħaddiem li kien qed jopera tower crane fuq is-sit ta’ kostruzzjoni laqat xi ħaġa li konsegwenza ta’ hekk waqa’ s-saqaf tal-pjanċi u taħtu kien hemm mara ta’ 40 sena. Il-mara nħarġet minn taħt il-pjanċi u ngħatat l-assistenza medika mit-tabib li kien fuq il-post. Il-mara ma marritx l-isptar.

Fit-13 ta’ Frar li għadda, kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Nadur, Għawdex.

Fit-18 ta’Jannar li għadda, raġel kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa minn għoli ta’ madwar sular u nofs f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.