Aġġornata: Inċident ieħor f’Marsaxlokk…persuna oħra l-isptar

F’inqas minn 24 siegħa, ilbieraħ seħħ inċident ieħor f’Marsaxlokk, simili għal dak tas-Sibt f’nofsinhar, meta żagħżugħ Żvizzeru ta’ 18-il sena qabeż fil-bajja ta’ St Peter’s Pool.
Kien għall-ħabta tal-10.30am meta Żvediż ta’ 21 sena qabeż il-baħar u sofra ġireħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li assistew liż-żagħżugħ.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Is-Sibt filgħaxija f'Marsaxlokk seħħet splużjoni waqt il-logħob tan-nar, fejn indarbu erba' persuni.