Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt is-sewwieq li llum ħabat bil-mutur f’Burmarrad

Saħħet is-sewwieq li ftit qabel nofsinhar illum weġġa' bil-mutur, marret għall-agħar proprju ftit ħin wara li wasal l-isptar.
Skont il-Pulizija, minkejja li fuq il-Facebook tiegħu, is-sewwieq Roger Zammit tella' ritratt u fih jidher jitbissem, ġie ċċertifikat li weġġa' serjament u li jinsab f'kundizzjoni kritika.
Is-sewwieq, li għandu 31 sena u hu minn Ts-Sliema, ħabat bil-mutur ma' vann fi Triq Burmarrad, Burmarrad, meta kien sejjer lejn Buġibba. 
Il-mutur hu tat-tip Honda CBR 900 Fireblade.
Is-sewwieq kien liebes l-ilbies protettiv kollu li hemm bżonn.
Fuq il-post marru minnufih membri tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u anke pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Hu mifhum li għalkemm il-pazjent seta' ġarrab ġrieħi ħfief, huwa qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva bħala prekawzjoni. Għaldaqstant pazjent li jinżamm f'din it-taqsima jiġi ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. 
Ritratti: Facebook