Aġġornata (2): Tal-linja teħlisha bl-eżatt

Diversi persuni jistgħu jgħodduha b'waħda wara li xufierta' karozza tilef il-kontroll fil-Balluta. 
L-inċident seħħ ftit wara l-4pm viċin il-knisja tal-Balluta fejn ix-xufier tilef il-kontroll tal-vettura u riżultat ta' hekk baqa' dieħel fuq il-bankina ftit qabel l-istejġ tal-linja.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident. 
L-awtoritajiet qed jappellaw biex is-sewwieqa jsuqu b'mod galbat hekk kif it-toroq bħalissa jiżolqu wara x-xita.
F'inċident separat aktar kmieni llum karozza tal-linja ħadet in-nar fit-terminus tal-Belt. 
Il-Malta Public Transport ikkjarifkat li tal-linja bl-ebda mod ma kkawżat l-inċident u ċaħdet kategorikament li kien hemm ħsara fis-sistema tal-brejkijiet. 
Fi stqarrija, l-MPT qalet li dan tista' tgħidu wara li l-kumpanija wettqet investigazzjoni interna dwar l-inċident, li kienet tinkludi wkoll xhieda fuq il-post.
Ritratt: Facebook – RamSim Saliba