Ritratti: Imut sewwieq ieħor ta’ mutur fi Triq il-Kosta

Raġel ta' 36 sena mill-Fgura tilef ħajtu wara inċident ieħor bil-mutur fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.
L-inċident seħħ fis-2:25pm, wara li s-sewwieq tal-mutur, Daryl Aloisio,  tilef il-kontroll wara li laqat barrier.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, però ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat mejjet.

Ilbieraħ inċident simili fl-istess triq ħasad il-ħajja ta’ Giulio Baldacchino, ta’ 44 sena mill-Mellieħa.
Ritratti: Ian Noel Pace