​Inċident gravi ieħor f’Ħad-Dingli

Mara ta’ 56 sena minn Ħad-Dingli weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’ħajt f’Ħad-Dingli stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq Madalena.
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.