Inċident f’San Ġiljan; issofri minn ġrieħi gravi

Read in English.

Mara ta’ 22 sena min-Naxxar sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Hija kienet passiġġiera fuq mutur ma’ raġel ta’ 36 sena mill-Furjana.

L-inċident seħħ il-lejl li għadda għall-ħabta tal-11:00pm fi Triq Elija Zammit f’San Ġiljan. Skont kelliema għall-pulizija, għal xi raġuni l-mutur baqa’ dieħel fuq karozza pparkjata mal-ġenb tat-triq.