Filmat: Tfajla tmut f’inċident fl-Imġarr

Żagħżugħa ta' 22 sena mietet fl-Imġarr wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku.
Skont il-Pulizija l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:25pm fi Triq Binġemma. Il-Pulizija qalet li żagħżugħ ta' 24 sena, residenti Ħaż-Żabbar kien qed isuq vettura li tagħha t-tfajla, Jessica Micallef, kienet passiġġiera.

Jidher li Micallef fetħet il-bieba tal-karozza u allegatament qabżet minn ġo fiha u sofriet xi ġrieħi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku però Jessica Micallef ġiet ikkonfermata mejta fuq il-post.

Ritratt: Christoph Schwaiger
Filmati minn fuq il-post ftit wara li seħħ l-inċident: