Inċident fil-Marsa; raġel midrub

Credit: CMRU

Sewwieq ta’ mutur sofra minn ġrieħi gravi hekk kif kien involut f’ħabta fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq il-Ħaddiem. L-inċident seħħ bejn mutur li kien misjuq minn raġel ta’ 56 sena minn Ħal Tarxien u vettura oħra li telqet minn fuq il-post wara l-inċident.

Skont kelliema għall-Pulizija, fuq il-post kien imsejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu l-midrub.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.