Inċident fi triqithom lejn Swansea: jweġġa’ eks atleta Olimpika

Ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi, Kevin Young kien fost dawk li weġġgħu meta d-double-decker bus baqgħet dieħla f’pont fejn tgħaddi l-ferrovija.

Kevin Young li kien kiser ir-record tal-400m hurdles fl-1992, kiteb fuq Twitter li kiser xi kustilji u qasam rasu fl-inċident. Kawża tal-inċident mara spiċċat fil-periklu tal-mewt. Tal-linja kienet fi triqtha lejn l-Università ta’ Swansea meta baqgħat dieħla fil-pont. Weġġgħu wkoll żewġ persuni oħra.

Il-pulizija arrestat raġel ta’ 63 sena li kien suspettat li saq b’mod perikoluż, iżda ġie rilaxxat ftit tal-ħin wara.

Young hu fost grupp ta’ seba’ eks Olimpjanti li qed jistudjaw għal degree ġewwa l-Università ta’ Swansea qabel mal-kors jmexxuh lejn il-Belġju.