Inċident fi triq ewlenija f’Għawdex

It-traffiku fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex weħel għal xi ħin aktar kmieni dalgħodu wara inċident li seħħ quddiem is-Sixth Form ta' Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Fortunato Mizzi. Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Il-wardens kienu jinsabu fuq il-post u l-Pulizija mill-għassa tar-Rabat iggwidaw it-traffiku li għal xi ħin inġemgħa fit-toroq tal-madwar waqt li l-istudenti kienu sejrin għall-iskola.