Aġġornata bir-ritratti: Persuni l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Luke Zerafa

Persuna ttieħdet l-Isptar wara li kienet involuta f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq l-Imdina fejn seħħ impatt bejn żewġ karozzi u trakk. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-karozzi kienu misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Gudja u raġel ieħor ta’ 35 minn Birkirkara, filwaqt li t-trakk kien misjuq minn raġel ta’ nazzjonalità Albaniża.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ħadd minn dawk involuti ma sofra ġrieħi gravi.

It-triq direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ kellha tingħalaq għal xi ħin.