Ritratti: Inċident fin-Naxxar jaħsad il-ħajja ta’ tfajla

Johanna Boni ta' 27 sena, li kienet qed issuq mutur, tilfet ħajjitha f’ħabta ma’ trakk fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu fi Triq il-Labour, qrib ix-showroom ta' Kind's, fit-triq li minn Ħal Lija twassal għal Mosta.
Il-Pulizija qalet li l-vittma kienet iċċertifikata mejta fuq il-post. Kien diffiċli biex il-vittma ġiet identifikata.
It-trakk kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta' Ħal Lija minn raġel ta' 52 sena mill-Mellieħa.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Il-Pulizija mid-Distrett ta' Birkirkara għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet, filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
Dan huwa l-ewwel inċident tat-traffiku fatali din is-sena.
It-tfajla kienet oriġinarjament minn Scoglitti, fi Sqallija, bint omm Maltija. Kienet ilha f'Malta għal diversi snin. 
Ritratti: Charlene Giordimaina